LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

103 Afternoons

14:00 16:00

Current show

103 Afternoons

14:00 16:00

Background

103 Latest

Page: 3

“Saving Grace hija meta xi ħadd ikun qed isalva l-imħabba li tilef.” Dan qalu Janvil meta kien mistoqsi għaliex id-diska jisimha Saving Grace. Huwa kompla jelabora fuq dan billi qal li sfortunatament dan l-aħħar, anka fiż-żwieġ, hawn min jitlef l-imħabba. Stqarr iżda li eventwalment wieħed jerġa jsib l-imħabba anka jekk forsi f’xi ħaġa oħra. Janvil […]

L-aspirazzjoni ta’ Luke Chappell hija li jmur l-Amerka biex ikompli jaħdem ma’ Sony fuq il-mużika oriġinali tiegħu. Dan ingħad waqt il-programm Sunday’s Brunch ma’ Ephrom. Luke kien il-mistieden speċjali fuq dan il-programm. Luke stqarr li dan se jkun pass diffiċli ħafna għalih minħabba li se jkollu jħalli l-familja u lil sħabu warajh. Hu qal li […]

Wara li rritornaw fix-xena mużikali sentejn ilu bid-diska ‘By The Way’ u wara ‘Never Enough’, Scar ħarġu materjal ġdida u introduċew diska ġdida fuq 103 bl-isem ‘Everlast’. Il-band SCAR bdew madwar 20 sena ilu u fil-bidu tas-snin elfejn SCAR kienu fost l-akbar bands rinomati f’Malta u kisbu diversi suċċessi. Konrad Pulè kif ukoll Axel Borg […]

Kevin Borg li kien mistieden fil-programm ta’ Ephrom daħal għall-ewwel darba fil-Eurovision fl-2006. Iżda fl-2008 irrappreżenta lil Malta ġewwa l-Isvezja meta rebaħ l-iSwedish Pop Idol. Spjega kif meta rebaħ dan l-unur spiċċa dar l-Iskandinavja kollha u għamel mas-600 tour b’kollox. Meta mistoqsi inbidlitx ħajtu meta rebaħ Pop Idol, Kevin stqarr li l-ewwel bidla kienet għal […]

Bħala mistiedna speċjali waqt Sunday’s Brunch, Ephrom kellu li Claudia Faniello. Fost is-suġġetti varji li ddiskutew, ma naqsux milli jsemmu l-Eurovision u l-esperjenza tal-istess Claudia f’din il-kompetizzjoni tal-kant. Claudia Faniello marret l-Ukraina biex tikkompeti fil-Eurovision. Dik is-sena l-kompetizzjoni ntrebħet mill-Portugal. Stqarret li qabel ma kienet l-Ukraina tikkompeti, lanqas biss kellha idea tad-diska li eventwalment rebħet […]

Raquela Gonzi spjegat kif f’ħajjita spiċċat tpoġġi l-mużika fil-ġenb l-għaliex dejjem ħasbet li l-impenji l-oħra li kellha kienu dejjem aktar importanti minn dan. Raquela stqarret dan waqt Sunday’s Brunch ma’ Ephrom. Hija qalet li kienet temmen li l-karriera mużikali ma kinitx importanti għaliha. Spjegat kif id-diska l-ġdida tagħha ‘Breaking Free’ tispjega propju dan; il-ħruġ mill-ideoloġija […]

The Travellers mistennija jniedu l-album il-ġdid tagħhom Inżul u Tlajja’ nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Ottubru 2021. Andrew Vella li jagħmel parti mill-grupp The Travellers ġie intervistat minn Ephrom waqt Sunday’s Brunch. Flimkien tkellmu dwar dan l-album il-ġdid iżda tkellmu wkoll dwar il-bqija tad-diski li The Travellers huma tant popolari għalihom. Andrew ddeskriva l-album il-ġdid Inżul […]

Luke Chappell kien fl-istudios ta’ 103 għal intervista ma’ Ephrom. Fost il-mistoqsijiet, Ephrom staqsa lil Luke jekk għadx fadallu fejn jilħaq fil-karriera tiegħu jew jekk laħaqx il-miri kollha li ppjana li jilħaq. Min-naħa tiegħu Luke stqarr li minn dejjem kellu x-xewqa li jikeb il-mużika, iżda l-aspett tal-fama ma kinitx fih. Luke qal li fih kellu […]

Il-grupp SterjoTipi bdew madwar erba’ snin ilu, il-kantant ta’ dan il-grupp Mark Micallef Costa qal li l-membri tal-istess grupp ilu jafhom snin, iżda l-band iffurmawha erba’ snin ilu. L-istorja ta’ SterjoTipi bdiet mill-kanzunetta Belti. Iżda aktar ‘l quddiem il-grupp kompla jistabbilixxi ruħu fix-xena mużikali lokali u fost il-kanzunetti li ħarġu kien hemm Oażi. Lirika ispirata […]

Nicole Cassar, artista ta’ 21 sena li bdiet il-karriera mużikali tagħha ta’ 18-il sena, kienet il-mistiedna speċjali ta’ Ephrom Tabone waqt Sunday’s Brunch. L-istil preferut tagħha huwa R&B, stil li mhux wisq popolari fix-xena mużikali lokali. Nicole iddoqq il-pjanu, l-kitarra kif ukoll il-ukelele. Il-pandemija affetwatha pjuttost ħażin, qalet li waqt il-pandemija l-ispirazzjoni naqsitilha, iżda issa […]