LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

Current show

Background

Insiru nafu aktar mill-qrib lil F.A.I.T.H

Written by on June 15, 2021

Waqt il-programm Sunday’s Brunch, Ephrom Tabone intervista lill-grupp F.A.I.T.H, grupp ta’ tfajliet li bdew il-karriera tagħhom bħala grupp waqt il-kompetizzjoni tal-kant X Factor.

Għalkemm qatt ma stennew li se jispiċċaw grupp wieħed flimkien ammettew li din l-esperjenza kienet waħda mill-aqwa affarijiet li qatt ġratilhom f’ħajjithom.

F.A.I.T.H spjegaw aktar id-dinamika ta’ bejniethom fil-filmat li ġej:

The Take Off… għal xiex qed jirreferu?

Ftit tal-ġimgħat ilu l-istess grupp ħareġ id-diska The Take Off li tirrigwarda l-bidu tal-karriera tagħhom bħala grupp fix-xena tal-mużika. Segwi dan il-filmat qasir u ara x’kellhom xi jgħidu dwar dan:

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.