LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

Angelus u Rużarju

05:00 05:25

Current show

Angelus u Rużarju

05:00 05:25

Background

The Busker jintroduċu d-diska Loose

Written by on August 19, 2021

The Busker introduċew id-diska l-ġdida tagħhom Loose. Din saret flimkien mall-wiċċ il-ġdid ta’ The Busker Dav. Jr li ma għandu bżonn l-ebda introuzzjoni fix-xena mużikali Maltija.

L-istorja tad-diska Loose bdiet minn Frar ta’ din is-sena fejn waqt gig ġewwa Spazju Kreattiv introduċew il-frontman il-ġdid ta’ The Busker Dav. Jr. Dak iż-żmien, kif spjega d-drummer tall-grupp Jean Paul Borg, ġew ispirati biex jiktbu diska ġdida ma’ Dav. Jr. L-għan kien li f’din id-diska joħorġu b’image ġdid, li wara kollox ikun qed jippreżenta l-grupp ta’ dak li hu fis-sena 2021.

Dav. Jr qal li din id-diska kienet l-ewwel waħda għalih fejn kien qed jikteb u jikkomponi l-mużika mall-grupp. Waqt li qed jaħdmu fuq din id-diska żammew f’moħħhom il-messaġġ li riedu jgħaddu lin-nies li bħala grupp għandu x’joffri fix-xena mużikali Maltija u kollox qed isir bi ħsieb.

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.