LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Background

Niskopru aktar dwar l-album ta’ The New Victorians!

Written by on July 7, 2022

Bettina u Philippa kienu mistiedna fuq il-programm ta’ Ephrom Sunday’s Brunch. Fost l-affarijiet li ġew diskussi, skoprejna kif l-aħwa ħarġu bl-isem The New Victorians u x’kienet l-idea wara dan l-isem.

Ara l-filmat biex issir taf aktar:

Tkellmu wkoll dwar l-album il-ġdid tagħhom Thick Skin. Philippa qalet li issa li kibru u mmaturaw aktar minn mindu bdew il-karriera mużikali tagħhom, irriflettew dwar ħajjithom kif żvolġiet f’dawn l-aħħar 10 snin. Qalet li fis-soċjetà kulħadd jinsisti li wieħed irid ikun sod biex jirnexxi, u huma ħassew li tul iż-żmien tgħallmu aktar jaċċettaw il-kritika dwar il-mużika tagħhom. Qalet ukoll li apparti minn hekk żdiedu ħafna r-reponsabbiltajiet fuqhom, primarjament għall-fatt li żżewġu u Bettina issa għandha tifla wkoll.

Philippa qalet li dan l-album jirrifletti l-inżul u t-tlgħajja tal-ħajja adulta tagħhom.

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.