Programm ġdid: Malta u Għawdex fil-Ġimgħa l-Kbira
Written by 103 on February 27, 2023
Kull nhar ta’ Sibt f’12pm fuq 103 Malta’s Heart qed ixandar il-programm Malta u Għawdex fil-Ġimgħa l-Kbira, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Simon Vella Gregory.
Il-programm se jesponi r-rikezza li għandna fil-gżejjer Maltin f’dak li hu l-kult lejn il-Ġimgħa Imqaddsa. B’hekk id-delilttanti tal-purċissjonijiet qed jingħataw l-ispazju kollu meħtieġ u xieraq kif ukoll, fl-istess waqt, jitwassal il-messaġġ spiritwali ewlieni ta’ dan il-perjodu Nisrani.
Ir-ripetizzjoni tal-programm issir kull nhar t’Erbgħa fit-8pm.