LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

Ir-Rużarju

05:00 05:25

Current show

Ir-Rużarju

05:00 05:25

Background

“Inqata’ d-dawl f’nofs il-ġbid tal-music video” – Brooke

Written by on June 22, 2021

Il-kanzunetta Over nibtet minn osservazzjoni li Brooke għamlet dwar il-ħajja. Hija spjegat kif kulħadd fil-passat jiltaqa’ ma’ nies li jibqgħu jaħsbu li għandhom kontroll fuq dak li jkun anka jekk ir-relazzjoni jew il-ħbiberija tkun intemmet. Waqt intervista ma’ Ephrom fuq The Sunday Brunch, Brooke spjegat kif id-diska tagħti l-kuraġġ lil dak li jkun u l-lirika tissuġġerixxi li l-kontroll qiegħed f’idek.

Il-filmat tal-kanzunetta nġibed is-sena li għaddiet. Waqt li kien qed jinħadem il-filmat inqata’ d-dawl u kellhom ikomplu jiġbdu l-filmat fuq il-generators. Stqarret li hi kuntenta ferm bir-riżultat tal-filmat u ħareġ biċ-ċar id-determinazzjoni li kellhom biex joħorġu b’dan il-prodott finali anka jekk kien hemm l-isfida tal-pandemija.

Isma’ aktar mill-intervista minn hawn:

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.