LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

RTK103 Breakfast

06:00 09:00

Current show

RTK103 Breakfast

06:00 09:00

Background

Lighthouse fuq 103 ma’ Ephrom; ara min huma!

Written by on July 15, 2021

Il-band Lighthouse ġiet iffurmata lura fl-2018 b’mod uffiċjali, iżda kienu Shaun u Mattei li bdew idoqqu l-kitarra flimkien, iżda qatt ma kellhom f’moħħhom li jibdew din il-band. Il-band hi magħmula minn ħames artisti li l-għan tagħhom hu li joħolqu mużika ispirata primarjament mir-rock ‘n roll klassiku iżda b’bixra moderna.

Il-membri tal-band spjegaw kif il-mużika tinkiteb minnhom stess, anka l-lirika, joħorġu biha huma. Ħafna mid-drabi jibqgħu ibiddlu u jdawru sakemm ikunu sodisfatti bil-prodott finali. Shaun spjega kif hija rari li xi ħadd imur b’diska lesta, ġeneralment tibda minn xi riff jew xi idea oħra mużikali.

Mattei spjega kif waħda mill-ewwel diski li ħarġu, Come Along, irċiviet kummenti pożittivi. Kien hemm ukoll xi kummenti li pproponew xi tibdiliet żgħar, iżda wara kollox Mattei qal li wieħed irid jiftakar u jkun jburi li d-diska ħarġet għal qalbhom.

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.