LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

Angelus u Rużarju

05:00 05:30

Current show

Angelus u Rużarju

05:00 05:30

Background

Filmat: Diskussjoni dwar il-quddies fuq il-midja soċjali u aktar mal-Isqof Awżiljarju

Written by on July 30, 2021

Fl-intervista li saret lill-Isqof Awżiljarju Joseph Galea Curmi waqt the 103 Morning Show, stqarr li l-quddies online u li ġiet imxandra fuq il-midja soċjali kienet inizjattiva li offriet wens lil dawk li ħassew is-solitudni li ġabet magħha l-pandemija. Monsinjur Galea Curmi qal li din l-inizjattiva laħqet ħafna nies u permezz ta’ dan diversi nies xorta ħassew li l-Knisja hija qribhom.

Waqt l-istess intervista Monsinjur Galea Curmi qal li kemm-il darba jiltaqa’ ma’ nies li jwaqqfuh waqt xi waħda mill-mixjiet li jħobb jagħmel biex jgħidulu li jsegwu l-quddies online jew fuq it-televiżjoni. Spjega li jieħu gost jisma’ dan iżda saħaq li la issa reġgħu fetħu l-knejjes, kulmin jista’ għandu jattendi għall-quddies b’mod fiżiku. Ma naqasx milli ġibed l-attenzjoni ta’ kif permezz tal-midja soċjali u t-televiżjoni kompla jasal il-messaġġ tal-kelma ta’ Alla u s-sabiħ taċ-ċelebazzjoni tal-quddies.

Ara l-intervista sħiħa minn hawn taħt: