LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

Angelus u Rużarju

05:00 05:30

Current show

Angelus u Rużarju

05:00 05:30

Background

“Kont inpoġġi l-mużika fil-ġenb.” – Raquela Gonzi

Written by on November 5, 2021

Raquela Gonzi spjegat kif f’ħajjita spiċċat tpoġġi l-mużika fil-ġenb l-għaliex dejjem ħasbet li l-impenji l-oħra li kellha kienu dejjem aktar importanti minn dan. Raquela stqarret dan waqt Sunday’s Brunch ma’ Ephrom. Hija qalet li kienet temmen li l-karriera mużikali ma kinitx importanti għaliha.

Spjegat kif id-diska l-ġdida tagħha ‘Breaking Free’ tispjega propju dan; il-ħruġ mill-ideoloġija li kkreat f’moħħa li l-mużika mhux importanti għaliha. Raquela ħadmet ma’ Mattheo Depares fuq id-diska. Stqarret li miegħu rnexxielha ssib l-ħoss ta’ Raquela wara bosta snin tagħmel covers ta’ diski bi stili differenti.

Aktar mill-intervista ta’ Raquel ma’ Ephrom waqt Sunday’s Brunch hawn taħt:

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.