Il-Eurovision u d-diska l-ġdida ta’ Claudia Faniello waqt Sunday’s Brunch
Written by 103 on November 11, 2021
Bħala mistiedna speċjali waqt Sunday’s Brunch, Ephrom kellu li Claudia Faniello. Fost is-suġġetti varji li ddiskutew, ma naqsux milli jsemmu l-Eurovision u l-esperjenza tal-istess Claudia f’din il-kompetizzjoni tal-kant.
Claudia Faniello marret l-Ukraina biex tikkompeti fil-Eurovision. Dik is-sena l-kompetizzjoni ntrebħet mill-Portugal. Stqarret li qabel ma kienet l-Ukraina tikkompeti, lanqas biss kellha idea tad-diska li eventwalment rebħet u wisq inqas idea ta’ min hu l-kantant. Qalet li kienet ippreferiet tisma’ l-kanzunetti waqt il-preparamenti l-għaliex għażlet li tiffoka aktar fuq il-preparazzjoni u r-rehearsals tagħha biex tagħti l-aqwa prestazzjoni.
Hija qalet li l-ftit tax-xhur li kellha qabel ma tikkompeti gawdiethom kemm felħet, anka jekk ċertu affarijiet, bħal intervisti, kienu ripetittivi ħafna. Meta mistoqsija minn Ephrom jekk għadx tirritorna għall-kompetizzjoni tal-Eurovision, stqarret li għad m’hemmx risposta definita l-għaliex għadha ma ħasbitiex biżżejjed dwar dan.
Waqt il-programm tkellmu wkoll dwar id-diska l-ġdida ta’ Claudia ‘When Is It’, ara aktar dwar dan minn hawn:
Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.