LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

Angelus u Rużarju

05:00 05:30

Current show

Angelus u Rużarju

05:00 05:30

Background

It-tnedija tal-album Inżul u Tlajja’ hija biss ġurnata bogħod

Written by on October 28, 2021

The Travellers mistennija jniedu l-album il-ġdid tagħhom Inżul u Tlajja’ nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Ottubru 2021. Andrew Vella li jagħmel parti mill-grupp The Travellers ġie intervistat minn Ephrom waqt Sunday’s Brunch. Flimkien tkellmu dwar dan l-album il-ġdid iżda tkellmu wkoll dwar il-bqija tad-diski li The Travellers huma tant popolari għalihom.

Andrew ddeskriva l-album il-ġdid Inżul u Tlajja’ bħala l-aktar album esperimentattiv li qatt ħarġu s’issa. Album li se jkun fih naqra minn kollox, dan jixhed biċ-ċar miż-żewġ kanzunetti li s’issa ġew imnedija mill-band, fejn għażlu żewġ kanzunetti kuntrastanti minn xulxin.

L-album mistenni jkollu 13-il diska, u l-bqija tas-singles għandhom joħorġu ftit ftit wara t-tnedija tal-album il-ġdid. Isma’ aktar dwar dan l-album mill-filmat t’hawn taħt:

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.