LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

RTK103 Breakfast

06:00 09:00

Current show

RTK103 Breakfast

06:00 09:00

Background

Head In The Clouds hija l-aktar diska għal qalbi – Luke Chappell

Written by on October 14, 2021

Luke Chappell kien fl-istudios ta’ 103 għal intervista ma’ Ephrom. Fost il-mistoqsijiet, Ephrom staqsa lil Luke jekk għadx fadallu fejn jilħaq fil-karriera tiegħu jew jekk laħaqx il-miri kollha li ppjana li jilħaq. Min-naħa tiegħu Luke stqarr li minn dejjem kellu x-xewqa li jikeb il-mużika, iżda l-aspett tal-fama ma kinitx fih. Luke qal li fih kellu xi ħaġa tgħidlu li kellu bżonn jikteb dak li jħoss fil-ġewwieni tiegħu. Stqarr iżda li l-fama ġiet aktar ‘l quddiem u kienet qisha parti mill-pakkett li ġiet mall-karriera li qabad.

Illum il-ġurnata Luke qal li jixtieq ikompli jikber u jimxi ‘l quddiem fil-karriera tiegħu u possibilment jimraħ ‘l barra minn Malta.

Sentejn ilu Luke ħareġ id-diska Head in the Clouds propju wara li kienet spiċċat il-kompetizzjoni tal-X Factor. Huwa ħadem ma’ Peter Borg u Muxu. Stqarr li dak iż-żmien kien għaddej minn relazzjoni diffiċli. Il-ħoss tad-diska huwa ispirat mill-ħoss Indie Pop. Luke qal li din hija l-aktar diska għal qalbu minn dawk kollha li kiteb.

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.