LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

Non-Stop Music

21:30 22:00

Current show

Non-Stop Music

21:30 22:00

Background

Differenti ta’ Sterjotipi l-ewwel fil-klassifika tal-PRS

Written by on September 23, 2021

Il-grupp SterjoTipi bdew madwar erba’ snin ilu, il-kantant ta’ dan il-grupp Mark Micallef Costa qal li l-membri tal-istess grupp ilu jafhom snin, iżda l-band iffurmawha erba’ snin ilu.

L-istorja ta’ SterjoTipi bdiet mill-kanzunetta Belti. Iżda aktar ‘l quddiem il-grupp kompla jistabbilixxi ruħu fix-xena mużikali lokali u fost il-kanzunetti li ħarġu kien hemm Oażi. Lirika ispirata mill-pandemija, iżda tieħu sens aktar wiesa’ u tirreferi għat-tama li wieħed ifittex meta jkun għaddej minn żmien ħażin.

Mark stqarr li l-midja soċjali hija sfida kbira minħabba l-użu tal-lingwa Maltija, speċjalment fejn tidħol kitba onlajn fuq il-midja soċjali.

Mark spjega kif Spotify u YouTube joffru l-grupp pjattaforma tajba biex ixerrdu l-mużika tagħhom. SterjoTipi rnexxielhom jilħqu l-ewwel post fil-klassifika tal-PRS għall-ewwel darba mindu l-grupp ingħaqad bid-diska ‘Differenti’. Stqarr li għalkemm waqt il-pandemija ftit li xejn kellhom għajnuna, xorta waħda rnexxielhom ikomplu joħorġu l-kanzunetti oriġinali tagħhom.

Id-diska ‘Differenti’ tipprova turi kemm hu sabih li wieħed joħroġ mill-folla u juri min hu verament. Il-filmat ta’ din il-kanzunetta jgħin ukoll biex wieħed jidħol fl-istorja u jifhem aħjar il-messaġġ tad-diska.

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.