LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

Uliedna

17:30 19:00

Current show

Uliedna

17:30 19:00

Background

“L-istil preferut huwa R&B anka jekk mhux wisq popolari f’Malta” – Nicole Cassar

Written by on September 17, 2021

Nicole Cassar, artista ta’ 21 sena li bdiet il-karriera mużikali tagħha ta’ 18-il sena, kienet il-mistiedna speċjali ta’ Ephrom Tabone waqt Sunday’s Brunch. L-istil preferut tagħha huwa R&B, stil li mhux wisq popolari fix-xena mużikali lokali. Nicole iddoqq il-pjanu, l-kitarra kif ukoll il-ukelele.

Il-pandemija affetwatha pjuttost ħażin, qalet li waqt il-pandemija l-ispirazzjoni naqsitilha, iżda issa li l-affarijiet jidhru li qed imorru għall-aħjar, l-ispirazzjoni qed terġa tieħu l-ħajja ftit ftit. Ħafna mill-kanzunetti tagħha huma relatati ma’ esperjenzi li għaddiet minnhom hi jew nies qrib tagħha.

L-aħħar diska oriġinali ta’ Nicole hija ‘Best For Me’, isma’ lil Nicole titkellem dwar din id-diska u aktar minn hawn:

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.