LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

Sr Rachel

19:20 19:30

Current show

Sr Rachel

19:20 19:30

Background

Intervista ma’ Shirley waqt Sunday’s Brunch

Written by on September 9, 2021

Shirley Cachia ilha sentejn fix-xena tal-mużika, iżda qalet li ilha tkanta għal dawn l-aħħar ħames snin. L-ewwel diska li ħarġet hija ‘All of You’, iżda stqarret li kienet diffiċli ħafna biex tippublika din id-diska. Hija qalet li l-aktar parti diffiċli kienet il-promozzjoni tad-diska peress li hija artista ġdida u l-pandemija ma għenitx lanqas.

Shirley qalet li ġeneralment id-diski tiktibhom dwar esperjenzi li tkun għaddiet minnhom hi jew inkella xi esperjenzi li għaddew minnhom dawk il-persuni l-aktar qrib tagħha. ‘All of you’ titkellem dwar kif ħadd mhu perfett u kif wieħed irid jitgħallem jaċċetta lill-persuna hi kif inhi.

Artist li jispira lil Shirley huwa Aligate, li għalkemm ma tantx hu famuż f’Malta, jaspiraha għax beda mix-xejn u jikteb il-mużika tiegħu. Stqarret li l-lirika tiegħu tolqotha ħafna u tħossha li tista’ tirrelata ħafna magħha.

Aktar dwar Shirley u d-diska l-ġdida tagħha ‘Why?’ minn hawn:

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.