LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Background

Scar jintroduċu diska ġdida!

Written by on December 16, 2021

Wara li rritornaw fix-xena mużikali sentejn ilu bid-diska ‘By The Way’ u wara ‘Never Enough’, Scar ħarġu materjal ġdida u introduċew diska ġdida fuq 103 bl-isem ‘Everlast’. Il-band SCAR bdew madwar 20 sena ilu u fil-bidu tas-snin elfejn SCAR kienu fost l-akbar bands rinomati f’Malta u kisbu diversi suċċessi.

Konrad Pulè kif ukoll Axel Borg żaru l-istudios ta’ 103 waqt il-programm Sunday’s Brunch ma’ Ephrom. Huma rrakkuntaw l-esperjenza tagħhom tal-filming tad-diska ‘Everlast’ li nġibed f’car park. Conrad spjega kif bħala stil żammew ma’ dak oriġinali li kienu jdoqqu bih fil-bidu tal-karriera tal-band imma varjaw xi ftit għaż-żmien tal-lum.

SCAR hu ffurmat minn: Konrad Pule’, David Cassar Torreggiani, Michael Scicluna u Axel Borg.

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.