LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

RTK103 Drive

14:30 17:30

Current show

RTK103 Drive

14:30 17:30

Background

X’inhu l-messaġġ wara d-diska ta’ Janvil Saving Grace?

Written by on February 9, 2022

“Saving Grace hija meta xi ħadd ikun qed isalva l-imħabba li tilef.” Dan qalu Janvil meta kien mistoqsi għaliex id-diska jisimha Saving Grace. Huwa kompla jelabora fuq dan billi qal li sfortunatament dan l-aħħar, anka fiż-żwieġ, hawn min jitlef l-imħabba. Stqarr iżda li eventwalment wieħed jerġa jsib l-imħabba anka jekk forsi f’xi ħaġa oħra.

Janvil spjega kif fil-filmat xtaq li jagħti xi ħaġa differenti minn dak tas-solut billi jinkludi xi viżwali. Fil-filmat jidher ukoll Janvil innifsu, hu spjega li dan għamlu minħabba li kien hemm il-pjanijiet biex il-filmat flimkien mall-mużika jintbagħat barra minn xtutna u b’hekk dawk li jkunu qed jisimgħu d-diska jkunu jistgħu jaraw ukoll min hu l-kantant.

Għal din il-kanzunetta Janvil ħadem ma’ Edward Abela u Joe Roscoe. Janvil stqarr li l-proposta li kellhom għalih kienet ta’ sfida, iżda isma aktar dwar dan fil-filmat hawn taħt.

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.