LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

Sagħtar FM

13:00 13:40

Current show

Sagħtar FM

13:00 13:40

Background

Federica tniedi l-ewwel EP tagħha!

Written by on February 17, 2022

Federica kienet il-mistiedna speċjali ta’ Ephrom waqt Sunday’s Brunch. Waqt l-intervista, Ephrom staqsiha dwar l-EP u dwar id-diski li għandha f’din l-EP. Hija qalet li filwaqt li hemm tliet diski li huma diġa magħrufa, l-EP għandha wkoll żewġ diski li ftit huma n-nies li kellhom ix-xorti jisimgħuhom qabel.

Dawn iż-żewġ diski ġodda, kif kompliet tispjega, ma jagħmlux mall-ġeneru tal-Pop u għalhekk ippreferiet tħallihom għall-aħħar. Iżda żvelat li dan huwa parti mill-istil li tixtieq tkompli timrah fih u tixtieq tara l-ewwel kif se jirreaġixxu n-nies. Meta Ephrom staqsiha għal liema udjenza hu mmirat dan l-EP, hija qalet li l-aktar li se jolqot lil dawk li huma tamparha jew forsi xi ftit iżgħar. Stqarret li ċerta li dawn iż-żgħażagħ jifhmu dak li qed tħoss u li għaddejja minnu hi ta’ din l-età.

Segwi parti mill-intervista minn hawn:

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.