LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

Angelus u Rużarju

05:00 05:30

Current show

Angelus u Rużarju

05:00 05:30

Background

Kelsey Bellante b’diska ġdida; Guilty Love

Written by on February 24, 2022

Kelsey Bellante kienet il-mistiedna speċjali fuq il-programm Sunday’s Brunch ma’ Ephrom. Kelsey bdiet fil-mużika meta kellha madwar 11-il sena fejn bdiet tieħu l-ewwel lezzjonijiet tagħha u kompliet billi ħadet sehem f’numru ta’ kompetizzjonijiet fosthom X Factor tliet snin ilu.

Hija stqarret li kienet l-isbaħ esperjenza ta’ ħajjitha, speċjalment meta waslet għal-live shows. Qalet li kienet diffiċli biex titgħallem il-kanzunetti fi ftit jiem iżda kienet taf li hi xi ħaġa li verament xtaqet tagħmel u għalhekk irsistiet għaliha.

Dan ix-xahar Kelsey ħareġet diska ġdida bl-isem Guilty Love, propju f’jum San Valentinu. Ara aktar x’kellha xi tgħid Kelsey dwar din id-diska l-ġdid mill-filmat:

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.