LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

Angelus u Rużarju

05:00 05:30

Current show

Angelus u Rużarju

05:00 05:30

Background

Ċajtiera, kreattiva u paċenzjuża, din hi Bee!

Written by on March 3, 2022

Bee li ddeskriviet lilha nfisha bħala persuna ċajtiera, kreattiva u paċenzjuża kienet il-mistiedna speċjali ta’ Ephrom fuq Sunday’s Brunch. Bee hija wkoll il-kantanta prinċipali tal-grupp Paris to Istanbul. Waqt l-intervista, Ephrom staqsa dwar x’inhuma l-miri tagħha għal din is-sena.

Bee spjegat kif bħalissa qed taħdem fuq single ġdida li hi totalment differenti mis-soltu, u hu mistenni li toħroġ vidjow li se jakkumpanja d-diska. Ħabbret li f’April se tkun qed tmur Berlin għal tliet xhur fejn se tkun qed taħdem ma’ diversi artisti u producers.

Aktar kurżitajiet dwar Bee mill-filmat hawn taħt!

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.