LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

RTK103 Breakfast

06:00 09:00

Current show

RTK103 Breakfast

06:00 09:00

Background

Running, id-diska l-ġdida ta’ The Crowns flimkien ma’ Gaia

Written by on March 17, 2022

Għal The Crowns din kienet l-ewwel darba tagħhom li ħadmu mal-artista Gaia fuq diska oriġinali. Waqt kollegament dirett ma’ Gaia, hija qalet li The Crowns huma artisti umli ħafna u ħadet gost taħdem magħhom fuq din id-diska. Min-naħa tiegħu Victorio stqarr kemm hu sabiħ li wieħed ma jikbirx, jasal fejn jasal fil-karriera. Huwa qal li Gaia kkollaborat ferm mall-band u ħadmu id f’id biex ħarġu bid-diska finali.

Running hija dwar persuna li f’ħajjitha dejjem kellha affarijiet negattivi għaddejjin. Il-kunċett fil-messaġġ ta’ din id-diska hu biex wieħed ma jaqtax qalbu, jaħrab mill-ħażin u jħares ‘l quddiem.

Kemm il-band The Crowns kif ukoll Gaia stqarrew li ħadu gost ferm jaħdmu flimkien. Biex għamlu l-music video, The Crowns ħarġu bl-idea bejniethom iżda imbagħad daru fuq il-videographer u tim shih ta’ nies biex jidderiġuhom u jgħinuhom jiżvolġu l-idea tagħhom dejjem b’mod aħjar.

Ara x’kellhom xi jgħidu aktar minn hawn:

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.