LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

Angelus u Rużarju

05:00 05:25

Current show

Angelus u Rużarju

05:00 05:25

Background

Dana McKeon kantanta u beatboxer b’intervista ma’ Ephrom

Written by on March 24, 2022

Dana McKeon żaret l-istudios ta’ 103 fejn tkellmu dwar il-bidu tal-karriera tagħha u sa fejn waslet illum il-ġurnata. Hija qalet li bdiet minn meta kellha 19-il sena. Stqarret li bdiet ferm tard meta tqis artisti oħra jkunu ilhom snin li skoprew it-talent tagħhom, iżda għal dik il-ħabta skopriet il-beat boxing u dan ta bidu għall-karriera li rnexxielha tagħmel s’issa.

Minn dak iż-żmien ‘l hawn Dana qalet li għamlet diversi affarijiet u biż-żmien kompliet titjieb fl-arti tagħha. Kien propju s-Singer & Songwriter Showcase fl-Università li tagħtha spinta ‘l quddiem. Dana kienet l-ewwel Maltija li telgħet tirrapreżenta l-pajjiżna fil-kampjonat dinji tal-BeatBoxing u rnexxielha tasal sal-ħames post.

Din l-esperjenza ġegħlitha tagħraf aħjar it-talent tagħha u l-potenzjal li għandha fiha. Ara aktar minn din l-intervista minn hawn:

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.