LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

Għal Kulħadd

09:00 12:00

Current show

Għal Kulħadd

09:00 12:00

Background

Minute To Midnight… Bloodline b’diska oriġinali

Written by on April 13, 2022

Samira u Julia li jiffurmaw id-duo Bloodline kienu l-mistiedna speċjali waqt Sunday’s Brunch ma’ Ephrom. Bloodline kienu ffurmaw grazzi għal XFactor. Kemm Julia kif ukoll Samira kienu daħlu għall-kompetizzjoni bħala solisti, iżda l-ġurija kienet laqqgħathom biex ħolqu d-duo Bloodline.

Wara l-avventura ta’ X Factor baqgħu jaħdmu flimkien biex joħolqu mużika oriġinali. Waqt il-programm, Bloodline spjegaw kif id-diska oriġinali tagħhom Minute To Midnight ilha tinħema għal xhur sħaħ. Kollox beda meta Alexei DeBono avviċinhom biex jikkolabora magħhom.

Aktar dwar dan fil-filmat hawn taħt:

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.