LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

Angelus u Rużarju

05:00 05:25

Current show

Angelus u Rużarju

05:00 05:25

Background

Relikc b’diska ġdida ma’ Pamela… x’inhu l-messaġġ?

Written by on April 28, 2022

Id-diska Chemicals kienet ilha miżmumha fuq l-ixkaffa. Remy qal li għall-bidu d-diska kienet tinstema aktar elettronika milli l-ħoss akustiku li ħarġu bih finalment. Ephrom stqarr li bħala segwaċi tal-grupp Relikc qatt ma basar li se jersqu lejn din ix-xorta ta’ stil.

Xtaqu li jdaħħlu element ta’ Soul fid-diska u b’hekk avviċinaw lil Pamela Bezzina biex jikkolaboraw flimkien. Remy faħħar ħafna l-kwalitajiet ta’ Pamela, fosthom qal li għandha vuċi b’saħħitha u artista li verament taf xi trid. Stqarr li grazzi għal Pamela, id-diska ħadet bixra differenti u għenithom jelevaw il-kwalità tagħha.

Iżda x’inhu l-messaġġ wara din id-diska Chemicals li ħarġu Relikc flimkien ma’ Pamela? Ara l-filmat hawn taħt biex tiskopri aktar:

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.