LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

By The Way

19:30 21:30

Current show

By The Way

19:30 21:30

Background

Lara & The Jukeboys u Golden fuq 103

Written by on May 5, 2022

Il-mistiedna speċjali ta’ Ephrom fuq Sunday’s Brunch kienu Lara and The Jukeboys. Il-grupp ħareġ diska oriġinali bl-isem Golden ftit tal-jiem ilu. Huma kienu ilhom jaħdmu fuq din id-diska, kif ukoll fuq diski oħra, mill-2019 ftit qabel ma faqqgħet il-pandemija.

Għalkemm bħala grupp kitbu madwar 20 diska li għadhom ma ġewx rilaxxati, Golden kienet waħda mill-aktar diski li ħadmu fuqha. Gian qal li din id-diska kienet fost l-aktar diski li kienet qrib il-ħoss li xtaqu jipproduċu u għalhekk qablu li għandhom jiffukaw aktar fuqha.

Id-diska hija akkumpanjata wkoll minn filmat. Lara stqarret li f’dan il-filmat xtaqu juru min huma l-membri tal-grupp. Dan kif għamluh? U ma min ħadmu? Ara aktar dwar dan mill-filmat hawn taħt:

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.