LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

RTK103 Sports Club

15:30 18:30

Current show

RTK103 Sports Club

15:30 18:30

Background

Anthea, artista ġdida lokali fuq 103

Written by on May 12, 2022

L-artista lokali u pjuttost ġdida fix-xena mużikali Maltija, Anthea, kienet fl-istudios ta’ 103 għal intervista ma’ Ephrome dwar il-bidu tal-karrier tagħha u l-ewwel diska oriġinali li nhediet; What it do!

Anthea kienet ħadet sehem f’X Factor, hija rnexxielha tgħaddi mill-audition u eventwalment ingħaqdet fi grupp biex tieħu sehem f’din il-kompetizzjoni. Eventwalment l-avventura tall-grupp intemmet ħesrem fis-six chair challenge. Minn dak iż-żmien ‘l hawn Anthea baqgħet taħdem biex ittejjeb lilha nfisha u issa rnexxielha wkoll toħroġ diska oriġinali bl-isem What it do!

Iżda dwar xiex titkellem il-kanzunetta u l-għaliex għażlet li ssemmiha What it do!? Ara l-filmat għal aktar informazzjoni dwar dan:

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.