LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

RTK103 Drive

14:30 17:30

Current show

RTK103 Drive

14:30 17:30

Background

Għall-ewwel darba Gail tniedi diska oriġinali

Written by on June 2, 2022

Gail bdiet minn X Factor u kompliet taħdem fuq il-futur tal-karriera tagħha. Hija għaddiet minn sitwazzjoni f’ħajjitha li wasslitha tikteb diska oriġinali li nehdiet dawn l-aħħar jiem.

Live Without Me hija l-ewwel diska oriġinali li kitbet Gail. Hija kitbet il-lirika tal-istess diska wara li għal xi żmien għaddiet minn mument diffiċli. Hija stqarret li kienet tirrispetta ferm persuna qrib tagħha sew, iżda min-naħa ta’ din il-persuna qatt ma wriha rispett reċiproku. Gail qalet li ppruvat diversi drabi tirranġa s-sitwazzjoni iżda wara ħafna rat li ma setgħetx tibqa’ tgħix din il-ħajja.

Minn din l-esperjenza nibtet id-diska Live Without Me. Ara aktar dwar l-istorja ta’ Gail f’dan il-filmat:

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.