LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Background

Count On You d-diska l-ġdida ta’ Vinyl Paradise

Written by on June 9, 2022

Il-grupp Vinyl Paradise ġie mistieden fl-istudios ta’ 103 għal intervista ma’ Ephrom waqt Sunday’s Brunch. Ben Bailey li huwa l-kantant tal-grupp tkellem, fost affarijiet oħra, dwar id-diska l-ġdida li ħareġ il-grupp bl-isem Count On You. Hu qal li din id-diska bdiet biss minn melodija li kellu tidwi f’moħħu u minnha ħareġ il-lirika.

Għalkemm mhix esperjenza li personalment qatt għaddha minnha, Ben fid-diska jitkellem dwar persuna li għandha dipendenza fuq kwalunkwe ħaġa u din il-persuna lejn l-aħħar tad-diska tiskopri li din id-dipendenza qed iżżommha lura milli tagħmel affarijiet oħra.

Il-vidjow tad-diska ġibduh daqs li kieku qed idoqqu d-diska quddiem udjenza. L-għan kien biex min jisma’ d-diski tagħhom jieħdu idea tajba tad-dinamika tal-grupp. Aktar informazzjoni minn dan il-filmat:

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.