LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

Angelus u Rużarju

05:00 05:25

Current show

Angelus u Rużarju

05:00 05:25

Background

“Biex tikteb kanzunetta u teċita n-nies trid tkun eċitat int l-ewwel”

Written by on August 6, 2022

Waqt il-programm Sunday’s Brunch ma’ Ephrom, Peter Borg u Ivan Borg, li ilhom ma’ Red Electric mill-bidunett, tkellmu dwar ir-ritorn tagħhom fix-xena mużikali wara waqfa żgħira minħabba fil-pandemija. Peter stqarr li f’dak iż-żmien ma ħass l-ebda motivazzjoni biex joħroġ materjal ġdid.

“Fil-verità ma waqafniex,” stqarrew huma hekk kif qalu li matul dan il-perjodu ħadmu fuq xi madwar 60 kanzunetta li huma kitbu.

“L-artist biex joħroġ id-diski irid jikteb id-diski,” kompla jgħid Ivan.

Il-line up il-ġdid ta’ Red Electric, li dan l-aħħar ħarġu Fix For You, saħqu li “biex tikteb kanzunetta u teċita n-nies trid tkun eċitat int l-ewwel”. Huma qalu li m’għandhom l-ebda formula partikolari għall-kitba tal-kanzunetti tagħhom. Ġieli jkunu qed jagħmlu xi jamming session fl-istudio u jieħdu nota ta’ mumenti tajbin, jew inkella xi ideat li joħroġ bihom Peter. L-atmosfera fejn jiktbu l-kanzunetti tagħhom hija importanti wkoll u għalhekk huma jfittxu li jbiddlu l-post fejn jiktbu.


Il-grupp dan l-aħħar nieda wkoll logo ġdid wara li l-isem inbidel ftit minn Red Electrick għal Red Elecric (mingħajr il-k).

Red Electric se jkunu qed joħorġu aktar materjal fiż-żmien li ġej, probabbilment bejn żewġ jew tlett kanzunetti sal-aħħar tas-sena. Huma se jkunu qed jirrekordjaw ukoll ħafna materjal ġdid fl-istudjo f’Ottubru li ġej.

Tagged as