LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

RTK103 Breakfast

06:00 09:00

Current show

RTK103 Breakfast

06:00 09:00

Background

“Għal bidu ma ridtx napplika għal X Factor” – Michela Pace

Written by on August 19, 2022

Minn dejjem kont inħobb inkanta imma bdejt nieħu l-lezzjonijiet meta kelli 13-il sena,” qalet Michela Pace meta kienet il-mistiedna waqt il-programm Sunday’s Brunch ma’ Ephrom fuq 103.mt. Michela, li dan l-aħħar ħarġet is-single Lost in the Shadows u dalwaqt se nkunu qed nistennew ukoll album kollu tagħha.

Michela Pace ilha tkanta b’mod professjonali mill-età ta’ 13-il sena meta bdiet titħarreġ fil-vuċi. Bdiet tikkompeti f’festivals lokali u mbagħad anke f’festivals fil-Latvja u fil-Litwanja.

Meta wasal X Factor, Michela ma kinitx imħajra tapplika wara li semgħet li kien hemm ħafna kantanti stabbiliti li kienu se japplikaw u staqsiet lilha nnifisha x’kienet dieħla tagħmel f’din il-kompetizzjoni.

Album sal-aħħar tas-sena

Michela Pace bħalissa qed taħdem fuq album tagħha u bħalissa qed jaħdmu fuq liema kanzunetti se jkunu nklużi fuq dan l-album. Se jkun album b’ġeneri differenti ta’ mużika, fosthom se jkun hemm ballads, li huma l-favoriti ta’ Michela.

Mhux eskluża l-possibilità li f’dan l-album se jkun hemm ukoll kollaborazzjonijiet ma’ artisti oħra u dan l-album mistenni joħroġ sa qabel l-aħħar ta’ din is-sena.

Tagged as