LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

Sr Rachel

05:30 06:00

Current show

Sr Rachel

05:30 06:00

Background

“Se nniedi EP kollu bil-Malti” – Amber

Written by on August 29, 2022

Waqt il-programm  Sunday’s Brunch ma’ Ephrom fuq 103.mt il-kantanta Amber, li ftit tal-ġimgħat ilu kienet impenjata fuq il-musical Il-Kbir Għadu Ġej, bħalissa qed tipprepara ruħha għal bosta avvenimenti li se tkun involuta fihom f’Settembru, fosthom Rockestra.

Il-kantanta Karkariża ta’ 31 sena qalet li permezz tal-musical Il-Kbir Għadu Ġej setgħet tapprezza iktar l-istorja ta’ Freddie Portelli, li snin ilu, qabel is-suċċess li kiseb, kienu jidħku bih u jwaqqgħuh għaċ-ċajt għax ma kienx jaf jikteb il-mużika u ma kinux jimmaġinawh jikteb xi kanzunetta.

Amber tgħid kif Freddie Portelli kiteb Viva Malta fuq pakkett sigaretti.

Il-kantanta żvelat li bħalissa qed tagħlaq l-EP tagħha bil-Malti. Dan se jkun imniedi s-sena d-dieħla.

L-idea ta’ dan l-EP beda wara li Amber kienet ħarġet il-kanzunetta Tifkiriet ma’ Mary Rose Mallia. Amber kienet ilha tittama li tikkollabora ma’ Maryrose u kien meta ltaqgħu back stage tal-musical Il-Ħanina Maddalena li ż-żewġ kantanti bdew jippjanaw din il-kollaborazzjoni.

Dwar l-EP dan kellu jiġi pospost minħabba l-Covid u issa jonqos l-aħħar ftit biex Amber tesponi dak li ħdimt bih bil-Malti,” qalet Amber.

Tagged as