LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

RTK103 Breakfast

06:00 09:00

Current show

RTK103 Breakfast

06:00 09:00

Background

Minfejn jaspira ruħu Ben Bailey biex jikteb il-mużika?

Written by on July 8, 2021

Ben Bailey spjega kif il-mużika jiktibha hu, u ġeneralment tkun ispirata mill-emozzjonijiet li jkun qed iħoss dak iż-żmien jew xi esperjenza li jkun għaddha minnha. Iżda qal ukoll li xi drabi joħloq storja fittizja u jikteb dwarha. Xhieda ta’ dan huwa l-filmat mużikali tal-aħħar diska tiegħu What It Takes, li kif spjega l-artist, irnexxielu joħroġ b’dan il-prodott brillanti grazzi għal xi affarijiet li rriċikla u bil-għajnuna ta’ ħabib tiegħu li ġibed il-filmat tad-diska.

Ara minn hawn parti mill-intervista ta’ Ephrom ma’ Ben Bailey:

Meta mistoqsi minn Ephrom dwar x’jaħseb dwar is-sitwazzjoni ta’ bħalissa fix-xena mużikali u kif ġiet itrattata waqt il-pandemija, Ben bailey qa li ma jistax jifhem għaliex jekk tagħmel xi ħaġa b’mod illegali jħalluk qisu xejn m’hu xejn. Ilkoll rajna eżempju ta’ din ix-xorta u stqarr li ma jistax jifhem kif dan hu aċċettabli. Ben Bailey qal li jinnota kif dawk li huma inqas b’saħħithom tiġi nfurzata l-liġi b’aktar ħruxija milli fuq dawk li għandhom aktar poter.

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.