Luke Chappell jiffirma kuntratt ma’ Sony US
Written by 103 on August 25, 2021
Il-kantant u kittieb Luke Chappell mexa ‘l quddiem fix-xena tal-mużika lokali mindu pparteċipa fuq l-X Factor. Jidher iżda, li issa rnexxielu jagħmel pass akbar l-għaliex irnexxielu jiffirma kuntratt ma’ Sony Music US, fejn se jkun qed jiffoka fuq id-diska ‘Hold On’. Din għandha tiġi ppublikata nhar il-Ġimgħa 27 ta’ Awwissu!
Luke Chappell wera verament kemm hu artist b’potenzjal meta fuq Spotify irnexxielu jikseb aktar minn 5 miljun stream tal-kanzunetta ‘Lonely Again.’ Luke li għandu 18-il sena spjega kif id-diska ‘Hold On’ tirrifletti fuq esperjenza ta’ meta persuna jħobb oħra u jibqa’ jżomm fih il-memorja ta’ dik il-persuna.
L-artist qal li dan l-aħħar għadda minn sitwazzjonijiet diffiċli u kien ilu jżomm l-emozzjonijiet tiegħu fil-fond ta’ qalbu. Dak li ħass kitbu biss fid-djarju tiegħu u ftit ftit dawwar il-kliem f’lirika, hekk biss irnexxielu jaffaċċja l-emozzjonijiet tiegħu stess.
Aktar kmieni dan ix-xahar Luke Chappell kien fl-istudios ta’ 103 fejn ħa sehem fl-Acoustic Sessions li l-istazzjon organizza. Ara dan minn hawn:
https://www.facebook.com/107259232686426/videos/233215335330677