LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Background

Bitterside bid-diska Future… u x’inhu l-futur għal dan il-grupp?

Written by on June 30, 2022

Bitterside nedew id-diska Future, li kienet ilha magħluqa fil-kxaxen mill-2012. Huma sabu demo recording tad-diska li kienu kitbu lura mill-2012.

Stqarrew li qablu li d-diska b’forsi ftit arranġamenti setgħet tkun id-diska l-ġdida ta’ Bitterside. Din id-diska reġġgħathom lura fix-xena lokali wara madwar 20 sena weqfin. Qalu li Future għandha l-ħoss il-ġdid ta’ Bitterside għalhekk żammew mal-istil li minn dejjem żammew miegħu.

Il-grupp kienu mistiedna fuq il-programm ta’ Ephrom Sunday’s Brunch. Bitterside kienu l-mistiedna speċjali ta’ din l-edizzjoni tal-programm.

Ara aktar partijiet mill-intervista minn hawn:

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.