LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

Għal Kulħadd

09:00 12:00

Current show

Għal Kulħadd

09:00 12:00

Background

Filmat: “Kont ċerta li xtaqt noħroġ b’xi ħaġa differenti minn dak li diġà agħmilt”

Written by on August 12, 2021

Ftit tal-jiem ilu l-artista lokali Jolene Samhan negħdiet il-kanzunetta ġdida tagħha All In You. Jolene għażlet li din id-darba tmur fuq l-istil Pop-Rock għax xtaqet toħroġ b’ħoss differenti minn dak li diġa esperimentat bih. Hija qalet li l-akbar ispirazzjoni għaliha kienet Olivia Rodrigo, l-artista li hi magħrufa għal lirika emottiva.

Isma’ aktar dwar il-kanzunetta l-ġdida ta’ Jolene Samhan mingħand l-artista nfisha hawn taħt:

Jolene Samhan idebuttat fix-xena lokali fi Frar ta’ din is-sena, iżda minn dak iż-żmien ‘l hawn ma ħarsitx lura u dejjem ħadmet bla waqfien biex ittejjeb il-mużika tagħha, tesplora ħsejjes ġodda u wara kollox tkun kreattiva. Fost in-nies li ħadmet magħhom, hemm Matthew James, li kif qalet hi stess, kien avviċinha biex tipproduċi diska miegħu u li minn dak iż-żmien ‘l hawn baqgħu jaħdmu flimkien.

Tista’ tisma’ silta minn din l-intervista hawn taħt:

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.