LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

Current show

Background

Rebaħ Swedish Pop Idol, iżda x’aktar? Kevin Borg fuq 103

Written by on November 25, 2021

Kevin Borg li kien mistieden fil-programm ta’ Ephrom daħal għall-ewwel darba fil-Eurovision fl-2006. Iżda fl-2008 irrappreżenta lil Malta ġewwa l-Isvezja meta rebaħ l-iSwedish Pop Idol. Spjega kif meta rebaħ dan l-unur spiċċa dar l-Iskandinavja kollha u għamel mas-600 tour b’kollox.

Meta mistoqsi inbidlitx ħajtu meta rebaħ Pop Idol, Kevin stqarr li l-ewwel bidla kienet għal fatt li fil-bidu ħadd ma kien jafu u f’salt wieħed sar popolari. Kull programm biss biss kienu jarawh 2.5 miljun persuna. L-istorja tas-suċċess ta’ Kevin bdiet minn ħsieb li jagħmel avventura ‘l bogħod minn Malta.

Isma’ aktar dwar is-suċċessi ta’ Kevin f’dan il-filmat:

Qal li anka jekk il-pandemija waqqfet kważi għal kollox ix-xena tal-mużika u l-entertainment, stqarr li l-fans tiegħu ma waqfux jagħtuh is-sapport tagħhom fuq il-midja soċjali.

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.