LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

RTK103 Breakfast

06:00 09:00

Current show

RTK103 Breakfast

06:00 09:00

Background

Megan May bid-diska l-ġdida H8 That I H8 You

Written by on July 8, 2022

Megan May, studenta tal-mużika fl-Università ta’ Malta b’passjoni qawwija għall-kant, kienet mistiedna fuq il-programm Sunday’s Brunch ma’ Ephrom.

Huwa saqsiha primarjament dwar id-diska l-ġdida tagħha H8 That I H8 You. Megan qalet li kienet qed tikteb id-diska flimkien ma’ Aleandro Spiteri Monsigneur u ġurnata minnhom ċemplilha bl-idea li ħareġ biha għat-titlu. Ammettiet li ħasbitha qabel aċċettat għax ma xtaqitx li jkun hemm negattivita assoċjata mad-diska. Iżda stqarret li kulħadd jgħaddi minnha din l-esperjenza u għalhekk flimkien ma’ Aleandro, għażlu li jesploraw din ir-realtà tal-ħajja.

Ara aktar minn hawn:

Sunday’s Brunch ma’ Ephrom jittella’ kull ġimgħa fid-9am. Miegħu fl-istudio Ephrom ikollu artist/i lokali differenti, fejn magħhom jiddiskuti diversi suġġetti kurrenti mix-xena tad-divertiment.