LISTEN LIVE

Current track

Title

Artist

Current show

Angelus u Rużarju

05:00 05:25

Current show

Angelus u Rużarju

05:00 05:25

Background

103 Entertainment

Page: 2

Il-grupp Vinyl Paradise ġie mistieden fl-istudios ta’ 103 għal intervista ma’ Ephrom waqt Sunday’s Brunch. Ben Bailey li huwa l-kantant tal-grupp tkellem, fost affarijiet oħra, dwar id-diska l-ġdida li ħareġ il-grupp bl-isem Count On You. Hu qal li din id-diska bdiet biss minn melodija li kellu tidwi f’moħħu u minnha ħareġ il-lirika. Għalkemm mhix esperjenza […]

Gail bdiet minn X Factor u kompliet taħdem fuq il-futur tal-karriera tagħha. Hija għaddiet minn sitwazzjoni f’ħajjitha li wasslitha tikteb diska oriġinali li nehdiet dawn l-aħħar jiem. Live Without Me hija l-ewwel diska oriġinali li kitbet Gail. Hija kitbet il-lirika tal-istess diska wara li għal xi żmien għaddiet minn mument diffiċli. Hija stqarret li kienet […]

L-artista lokali u pjuttost ġdida fix-xena mużikali Maltija, Anthea, kienet fl-istudios ta’ 103 għal intervista ma’ Ephrome dwar il-bidu tal-karrier tagħha u l-ewwel diska oriġinali li nhediet; What it do! Anthea kienet ħadet sehem f’X Factor, hija rnexxielha tgħaddi mill-audition u eventwalment ingħaqdet fi grupp biex tieħu sehem f’din il-kompetizzjoni. Eventwalment l-avventura tall-grupp intemmet ħesrem […]

Il-mistiedna speċjali ta’ Ephrom fuq Sunday’s Brunch kienu Lara and The Jukeboys. Il-grupp ħareġ diska oriġinali bl-isem Golden ftit tal-jiem ilu. Huma kienu ilhom jaħdmu fuq din id-diska, kif ukoll fuq diski oħra, mill-2019 ftit qabel ma faqqgħet il-pandemija. Għalkemm bħala grupp kitbu madwar 20 diska li għadhom ma ġewx rilaxxati, Golden kienet waħda mill-aktar […]

Id-diska Chemicals kienet ilha miżmumha fuq l-ixkaffa. Remy qal li għall-bidu d-diska kienet tinstema aktar elettronika milli l-ħoss akustiku li ħarġu bih finalment. Ephrom stqarr li bħala segwaċi tal-grupp Relikc qatt ma basar li se jersqu lejn din ix-xorta ta’ stil. Xtaqu li jdaħħlu element ta’ Soul fid-diska u b’hekk avviċinaw lil Pamela Bezzina biex […]

Samira u Julia li jiffurmaw id-duo Bloodline kienu l-mistiedna speċjali waqt Sunday’s Brunch ma’ Ephrom. Bloodline kienu ffurmaw grazzi għal XFactor. Kemm Julia kif ukoll Samira kienu daħlu għall-kompetizzjoni bħala solisti, iżda l-ġurija kienet laqqgħathom biex ħolqu d-duo Bloodline. Wara l-avventura ta’ X Factor baqgħu jaħdmu flimkien biex joħolqu mużika oriġinali. Waqt il-programm, Bloodline spjegaw […]

Dana McKeon żaret l-istudios ta’ 103 fejn tkellmu dwar il-bidu tal-karriera tagħha u sa fejn waslet illum il-ġurnata. Hija qalet li bdiet minn meta kellha 19-il sena. Stqarret li bdiet ferm tard meta tqis artisti oħra jkunu ilhom snin li skoprew it-talent tagħhom, iżda għal dik il-ħabta skopriet il-beat boxing u dan ta bidu għall-karriera […]

Għal The Crowns din kienet l-ewwel darba tagħhom li ħadmu mal-artista Gaia fuq diska oriġinali. Waqt kollegament dirett ma’ Gaia, hija qalet li The Crowns huma artisti umli ħafna u ħadet gost taħdem magħhom fuq din id-diska. Min-naħa tiegħu Victorio stqarr kemm hu sabiħ li wieħed ma jikbirx, jasal fejn jasal fil-karriera. Huwa qal li […]

Mistiedna fuq il-programm Sunday’s Brunch ma’ Ephrom kien hemm Chris minn The Travellers u Matthew James Borg. Fost dak li ddiskutew flimkien ma’ Ephrom, huma spjegaw il-proġetti l-ġodda tagħhom rispettivament. Matthew stqarr li mill-att ta’ element mużikali ġieli kellu kanzunetti simili, iżda l-kunċett huwa relattivament ġdid għal Malta. Għal aktar tagħrif dwar il-proġetti tagħhom ara […]

Bee li ddeskriviet lilha nfisha bħala persuna ċajtiera, kreattiva u paċenzjuża kienet il-mistiedna speċjali ta’ Ephrom fuq Sunday’s Brunch. Bee hija wkoll il-kantanta prinċipali tal-grupp Paris to Istanbul. Waqt l-intervista, Ephrom staqsa dwar x’inhuma l-miri tagħha għal din is-sena. Bee spjegat kif bħalissa qed taħdem fuq single ġdida li hi totalment differenti mis-soltu, u hu […]